Essenzjalment

(Wara l-kumment ta’ Neebother fuq il-blogg J’Accuse)

Essenzjalment

 

Malta has always been, and will always be,

essentially European.

Malta This Month, Mejju 2004

Malta hija essenzjalment Ewropea

u l-Maltin huma essenzjalment Ewropej.

Il-Mediterran huwa banju bl-ilma

u nahseb naf essenzjalment minn fejn gej.

Il-kliem li nitkellem huwa essenzjalment Malti

u tista’ tghid illi dejjem johrogli minn halqi,

u avolja mhux kollu essenzjalment Ewropew,

meta nkun barra minn Malta

kulhadd jghidli xi hlew

ghax forsi mhux dejjem jinstema’

appuntu Ewropew.

Qed nahseb li forsi miniex Malti tassew.

U int ukoll, nahseb ahjar ticcekkja sew.

Adrian Grima, mill-ktieb Rakkmu, 2006

Murtali Mortali (SHT)

Category: Shoutrage
Subject: Fireworks

Li se nikteb issa mhux se jinghogob. Naqta’ fil-qosor.Din il-gimgha, il-Qrendi ghadda minn tragedja oħra. B.B., ta’ 52 sena, inharaq hu u jahdem f’wahda mill-kmamar tan-nar tar-rahal. Il-bierahtlula, disat ijiem wara l-accident, miet l-isptar.L-ghomor lill-familja tieghu.

Il-bierah sar il-funeral. Smajt il-banda tal-kazin iddoqq fil-pjazza.

Waqt li kienu qeghdin idoqqu, kull ghaxar sekondi, kwazi b’koincidenza mat-tmiem ta’ kull strofa, instemghet it-tfaqqigha ta’ murtal.

Kemm se jkun hemm aktar?

Design a site like this with WordPress.com
Get started